Ħu li tista’ mill-ħajja imma tesaġerax!
Ngħiduha spiss. Biex ingawdu u nieħdu li nistgħu mill-ħajja għaliex hija qasira. Filli hawn, filli le. Kollu minnu dan.
Madanakollu, tajjeb li ma nesaġerawx. Meta nagħmlu iżjed milli jmissna, nispiċċaw xorta ma ngawdux il-ħafna li nkunu qed nagħmlu għax inkunu qed nikkaġunaw stress bla bżonn.
Fl-aħħar mill-aħħar, il-bilanċ f’kollox huwa l-ideal. Ma nħallux influwenzi ta’ ħaddieħor jaffettwawna. Nagħmlu li nistgħu. Ingawdu kif nistgħu.
L-importanti, li dak li nagħmlu, inkunu verament nixtiequh u mhux biex ngħidu: “jien qed noħdilha bis-saħħa lill-ħajja.”
Staqsi lilek innifsek: “Inti kuntent/a?” Dak li jgħodd. Li nkunu kuntenti u f’paċi magħna nfusna.