Imħabbra il-11 -il President ta’ Malta
L-erbgħa 27 ta’ Marzu 2024, li nzerta l-Erbgħa tat-Tniebri b’75 vot favur, xejn kontra u xejn astjensjonijiet, in-Nutar Myriam Spiteri Debono ntagħżlet li tkun il-11-il President tar-Repubblika.
Spiteri Debono hija mir-Rabat Għawdex u twieldet fl-1952. Serviet ukoll bħala Speaker tal-kamra tar-Rappreżentanti bejn is-snin 1996 u l-1998; l-ewwel mara li okkupat din il-kariga f’pajjiżna.
F’jannar tal-2023, kienet issuġġerita li tieħu l-irwol ta’ Kummissarju għall-Istandards f’pajjiżna; irwol li hija rrifjutat.
Nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu, fil-midja kien irrapurtat li n-Nutar Spiteri Debono kienet qed tkun proposta biex tkun il-President ta’ Malta li jmiss hekk kif fi ftit jiem oħra, itemm il-Presidenza tiegħu, L-Eċċellenza Tiegħu Dr George Vella wara 5 snin fil-kariga.
Fis-27 ta’ Marzu 2024, kien hemm qbil unanimu fil-Parlament ta’ Malta miż-żewġ naħat tal-kamra u anke mill-Membri indipendenti li Myriam Spiteri Debono tinħatar President ta’ Malta fil-5 t’April li ġej.
Awguri.