Importanti li malli tqum tixrob tazza ilma…għaliex?

 Importanti li malli tqum tixrob tazza ilma…għaliex?

Huwa importanti mmens li malli tqum, tixrob tazza ilma. Imma għaliex huwa daqshekk importanti?

Sakemm m’għandekx kapaċitajiet maġiċi, jew ma tqumx apposta, waqt li tkun rieqed ma jirnexxielekx tixrob. Minħabba f’hekk, malli nqumu filgħodu, il-ġisem ikun deidrat. Allura li tieħu tazza ilma filgħodu tgħinek sabiex tiġi ftit aktar f’sensik malajr. Il-kafè żommu għal aktar tard… smajt?

Apparti minn hekk, meta tixrob l-ilma fuq stonku vojt, tkun qed tgħin lil ġismek jirregola l-fluss tad-demm, inaddafek mit-tossini u jgħinek tħossok aktar radjanti. Infatti, jgħidu wkoll li sempliċi tazza ilma fuq stonku vojt saħansitra tgħin is-saħħa u l-kwalità tax-xagħar.

Intant, jekk qed tipprova tonqos jew inti t-tip ta’ persuna li ma tantx jgħoġbok l-ilma, għandek tikkunsidra li fit-tazza titfa’ ftit qtar ta’ lumija friska. Apparti li tbiddel ftit it-togħma tal-ilma, iż-żieda tal-lumija tgħinek sabiex tistimola l-metaboliżmu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com