Ir-regoli tat-tfajliet: “Li ngħidu fil-group chat jibqa’ fil-group chat”

 Ir-regoli tat-tfajliet: “Li ngħidu fil-group chat jibqa’ fil-group chat”

Kull tfajla tinsab f’xi group chat fuq WhatsApp jew Messenger ma’ xi tfajliet oħrajn fejn jitkellmu fuq kollox u fuq kulħadd. Madanakollu meta tagħmel parti minn group chat tat-tip, ifisser li trid timxi ma’ numru ta’ regoli tal-grupp! X’inhuma dawn ir-regoli?

 

  1. Dak li jingħad fil-group chat, jibqa’ fil-group chat!
  2. Ma jittieħdux screenshots u ma jintbagħtux lil persuni terzi.
  3. Jekk rajt il-messaġġ trid tirreaġixxi b’mod jew ieħor, importanti li ma tħalliehx seen!
  4. L-ispazju għandu jintuża’ bħala post fejn ikun diskuss l-aħħar gossip.
  5. Meta xi ħadd ikollu bżonn jagħmel naqra ta’ rant, tkun hemm għalihom.
  6. L-isem tal-group chat irid ikun kreattiv u jrid jiġi aġġornat skond l-aħħar bawxata li jkun għamel il-grupp flimkien.
  7. Sakemm mhux emerġenza jew naqra “spill the tea time” idealment ma tibgħatx messaġġi f’sigħat strambi tal-ġurnata.

Għandkom xi regoli oħrajn għall-group chats tagħkom? Għidulna fil-kummenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com