“Irrid nirkupra mill-intervent mediku li kelli f’Jannar l-ewwel biex inkompli l-kimoterapija” – Kate, il-Prinċipessa ta’ Wales
F’filmat li nxtered bħal leħħa ta’ berqa nhar il-Ġimgħa li għadda 22 ta’ Marzu, juri l-Prinċipessa ta’ Wales Kate, tispjega li tinsab fl-ewwel stadji ta’ trattament kontra l-kanċer.
Dan wara li f’Jannar li għadda kellha intervent kirurgu u wara li saru testijiet li jsiru wara operazzjoni, irriżulta li l-kanċer huwa preżenti.
Spjegat li dan kien ta’ xokk kbir għaliha u għall-familja żagħżugħa tagħha u għaddew minn xaharejn iebsin.
Imma l-messaġġ tagħha xtaqitu li jkun pożittiv anke sabiex tispjega lit-tliet ulied: George, Charlotte u Louis.
“I am well and getting stronger every day.” – “Ninsab tajba u qed nissaħħaħ kuljum”, tenniet il-Prinċipessa.
Dettalji dwar il-Kanċer ma ngħataw u l-Palazz kensington saħaq li dan huwa kunfidenzjali u jistenna li l-Prinċipess jkollha rkupru mill-aktar fis.
Il-Prinċipessa Kate rringrazzjat lill-pubbliku għas-sapport enormi li qed ituha, lill-familjari tagħha, speċjalment lill-Prinċep William kif ukoll lit-tim mediku li sejħitlu ‘fantastiku.’