Jekk għandek karozza ġdida u żżomma barra, ara li …

Jekk xtrajt karozza ġdida u m’għandekx garaxx fejn iddaħħalha, għal xi raġuni jew oħra, ara li tagħmel dawn il-punti:
- ixtrilha cover għas-sajf
- aħsilha spiss
- tieha dawra bil-wax ħalli tipproteġilha l-ispray tagħha
- tipparkjax taħt siġar
- uża sun visors għal kontra x-xemx
- taqbiżx id-data tal-manutenzjoni
- ipparkja sew
- agħlaq il-mirja
- prova evita li tipparkja fi triq prinċipali.
Ħadd mhu se joħodlok ħsieb l-oġġetti tiegħek ħlief int. Aħjar uff, mill aħħ. Il-Karozzi huma spiża wkoll.