Jekk tibqa’ mqajjem, tibqa’ tiekol …
Ħafna jaħsbu li għax tkun bqajt imqajjem, allura l-idea li tiekol kull tliet sigħat tibqa’ tgħodd. Dan jirreferi għall-ħsieb li jaħsbu hekk, dawk il-persuni li jħobbu jaħdmu matul illejl fuq il-kompjuter u jibqgħu għaddejjin fuq xogħolhom.
Jirraġunaw li la għadhom imqajmin, għadhom jaħarqu l-kaloriji. Imma dan il-ħsieb huwa żbaljat.
Xorta waħda hemm limitu. L-ewwelnett, jekk inti qed taħdem fuq kompjuter bilqiegħda, m’inti taħraq xejn kbir.
Idealment, kull mara titfa’ ġo ġisimha madwar 2,000 kalorija kuljum filwaqt li raġel, 2,500 kalorija kuljum.
Aħjar tazza te jew kafe, jew inkella ilma. Jew aqbad u itfi u idħol strieħ. Kompli l-għada.