Kemm -il darba werwirtu lit-tfal bl-istitut jew bil-pulizija?
Kemm -il darba smajnieha jew għadna nisimgħuha din? Kultant ngħiduha għax ma nkunux nistgħu nsibu tarf uliedna. Imma anqas nirrealizzaw kemm dawn il-frażijiet jagħmlu ħsara.
Inkunu qed nagħtu timbru li t-tfal tal-istitut huma xi tfal partikolari. Ma nafux fhiex naslu fil-ħajja u xi bżonn ikollna. L-istituti ta’ ordnijiet diversi jagħmlu ħafna ġid. Is-sitwazzjonijiet biex tfal imorru f’istitut af ikunu diversi u anke bżonn li ma tistax tagħmel mod ieħor, bħal per eżempju; il-missier ħalliena, l-omm marida f’sodda u ma hemmx familjari.
L-istess huwa l-eżempju tal-pulizija. Il-Pulizija huma importanti f’kull pajjiż. Jgħinu fiż-żamma tal-ordni u jassistu fejn meħtieġ. Jekk inbeżżgħu lit-tfal bil-pulizija, kapaċi jkun hemm sitwazzjoni fejn tfal ikollhom bżonn il-puliziija, imma jibżgħu jagħmlu kuntatt.
Ma ttiehomx tort. Hekk tgħallmu.
Tajjeb li nkunu konxji xi frażijiet nużaw mat-tfal.