Mitt messaġġ, tiġi biex tiltaqa’ … mhux illum darb’oħra!!!

Hawn ħafna nies li jħobbu jiċċettjaw; whatsapp, messenger, messaġġi u anke fuq it-telefon itertqulek qalbek biex jgħidu li għandhom jgħidu u jaqtgħu fil-qasir. tiġi biex tiltaqa’ … iweġbuk “xi darba niltaqgħu.”
Din qisha forma ta’ relazzjoni onlajn biss. Hawn min għax ikun idum ma jaħsibha jew inkella jibża’ għal xi raġuni jew oħra.
Jeċitaw ruħhom bil-messaġġi għaddejjin. Anke ġieli jħossuhom eċitati imma meta jiġu biex jagħmlu l-pass li jarawk fil-ħajja veru, iżommu lura.
Paċenzja. Jekk tkompli jew taqta’. F’idejk. Jekk qed tieħu gost u kuntent b’hekk, kompli. Stil ta’ relazzjoni moderna?