Nies ħafjin fil-purċissjonijiet tar-Redentur u d-Duluri

 Nies ħafjin fil-purċissjonijiet tar-Redentur u d-Duluri

Forsi din hija drawwa li naqset ħafna llum imma għadha sseħħ. Narawha l-aktar fil-purċissjonijiet tar-Redentur speċjalment dik li ssir fl-Isla u f’dawk tad-Duluri madwar il-gżejjer tagħna.

Hija forma ta’ penitenza jew radd ta’ ħajr mill-individwi lil Alla jew lill-Madonna, ta’ xi grazzja li tkun inqalgħatilhom jew inkella, b’sofferenza għal talba li jkunu jixtiequ li ssir realtà.

Din hija marbuta mal-fidi. Fil-Filippini hija fis-seħħ bis-saħħa fejn għandhom ukoll tradizzjonijiet iżjed severi bħal tislib veru u anke swat fuqhom infushom.

Ir-reliġjon Kattolika f’pajjiżna għandha għeruq antiki. Iż-żmien ibiddel. Imma fil-fond tal-qalb, dik hija wkoll parti mill-identità tagħna.

Meta naraw nies ħafjin f’purċissjoni, ikun għalqi u ta’ rispett li ma niċċassawx lejhom. Kulħadd għandu l-istorja tiegħu xi jġorr fuq spallejh.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com