Taf li tiżen inqas meta l-qamar ikun fuq rasek?
Interessanti din. Kollox fl-univers għandha gravità. Huwa mifhum li d-dinja, kbira kif inhi, għandha gravità li tiġbed fuqna b’mod kostanti u li żżomna fuq l-art. Il-qamar, il-pjaneti u x-xemx ukoll għandhom il-gravità.
Imma forsi mhux kulħadd jifhem li kull persuna fid-dinja, għandha l-gravità tagħha. B’mod stramb, aħna noħolqu saħħa fuq id-dinja, fuq kull ġebla, siġra u kreatura fuq il-pjaneta u huma joħolqu gravità fuqna. Il-problema hija li aħna għandna massa żgħira meta kkumparata mad-dinja, allura s-saħħa gravitarja li noħolqu hija verament żgħira.
Id-dinja, f’termini sempliċi tiżen iżjed minn kollox. Anke jekk tikkumparaha ma’ muntanja kbira. Forsi tgħidu, ‘ovvja’.
Il-qamar ukoll huwa kbir u joħloq gravità fuqna. Huwa viċin tagħna ħafna. ifisser ukoll li aħna niżnu inqas meta l-qamar ikun fuqna jew inkella fin-naħa opposta tad-dinja, minnek.
Biex tifhem iżjed, aqra dan: https://rhea.ryanmarciniak.com/2015/02/do-you-weigh-less-when-the-moon-is-above-you/