Tiġġieled għall-bqija għand tal-ħanut?
Tmur tħallas xi mkien, u għax ikollok 5 ċenteżmi jgħidlek: “Grazzi, ċaw.” Kif tirreaġixxi inti? Titlobhielu?
Agħmilhom, 5 ċenteżmi l’hemm u 5 ċenteżmi l’hawn … flus hux?!
Kull qatra tgħodd u bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra jgħid il-Malti. La huma tiegħek, tiddejjaqx titlobhom u tħossokx mistħi tagħmel hekk.
Hemm min jagħmilha bi żvista u hemm min jagħmilha apposta. Flusek tiegħek. Ara jkollokx xi kont u tħallas ċenteżmu inqas? Malajr jitolbuhomlok!