Tossika għall-klieb. Attenti!

 Tossika għall-klieb. Attenti!

Il-klieb iħobbuha ċ-ċikkulata imma din hija velenu għalihom. Mhux qed ngħidu li ma’ biċċa żgħira se toqtol il-kelb imma bil-ftit il-ftit, jiġi ħafna. Ġaladarba ddewwaqielhom, jibdew jiġġennu għaliha. Allura, evita.

Fost il-komponenti kimiċi li fiha ċ-ċikkulata, insib dik li jgħidulha theobromine. Din hija komponent li jservi ta’ stimulant fil-ġisem tal-bniedem.

Il-konsum ta’ dan il-komponent huwa assoċjat mal-fatt li joħloq effett pożittiv; inaqqas il-pressjoni fid-demm, iżid l-iffukar tal-bniedem u l-konċentrazzjoni u jtejjeb il-burdata. Dawn għall-bniedem.

Fil-klieb, it-theobromine jżid ir-rata tat-taħbit tal-qalb u jistimula b’mod żejjed is-sistema nervożitarja tagħhom. B’hekk, tiġi tossika għalihom. Hekk tagħmel ukoll fil-qtates.

Jekk veru tħobb il-klieb tiegħek, ittiehomx ċikkulata.

Aqra iżjed hawn:

https://www.zmescience.com/feature-post/natural-sciences/animals/pets/why-chocolate-bad-dogs-0532532/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com