10 affarijiet li jista’ jkun ma tafx dwar l-Awstralja…

 10 affarijiet li jista’ jkun ma tafx dwar l-Awstralja…

Il-pajjiż magħruf għall-kangaru u l-koala huwa post verament sorprendenti. L-Awstralja mhux talli tospita fiha wħud mill-iktar annimali ħelwin u tal-biża’, bajjiet il-ġmiel tagħhom, ibliet moderni u eluf ta’ Maltin, iżda hija wkoll magħrufa bħala waħda mill-postijiet l-aktar kuntenti fid-dinja.

Anke jekk taħseb li taf kollox dwar l-Awstralja, jaf tkun sorpriż b’xi wħud minn dawn il-fatti li se ngħidulkom hawn taħt:

  1. Il-pajjiż kien iffundat minn delikwenti. Lura fis-snin 1700, il-kolonizzaturi Ingliżi waslu New South Wales u ġabu magħhom diversi delinkwenti bħala “punizzjoni”.
  2. Il-Great Barrier Reef fiha daqs nofs Texas! Infatti fiha aktar minn 2,250 kilometru.
  3. Hemm aktar kanguri u nagħaġ jgħixu fl-Awstralja milli nies.
  4. Żmien ilu, Melbourne kienet waħda mill-aktar bliet sinjuri fid-dinja fis-snin 1850.
  5. Is-selfie nħoloq minn raġel Awstraljan fl-2002.
  6. Biex tara kull bajja li hemm fl-Awstralja għandek bżonn 27 sena. Infatti, hemm total ta’ 10,685 bajja mifruxin mal-pajjiż kollu.
  7. L-Awstralja tant hi kbira, li fiha kapaċi tpoġġi 30 pajjiż!
  8. Il-gżira ta’ Tasmanija għandha l-aktar arja nadifa u pura fid-dinja.
  9. Aktar minn 234,000 persuna fl-Awstralja jgħidu li twieldu Malta jew li għandhom dixxendenza Maltija.
  10. Jekk inti tħobb il-pastizzi, meta żżur Melbourne u Sydney se ssib diversi ħwienet li jbigħuhom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com