10 postijiet li għandek iżżur fil-vjaġġ li jmiss tiegħek lejn Londra

 10 postijiet li għandek iżżur fil-vjaġġ li jmiss tiegħek lejn Londra

Waħda mill-aktar bliet kapitali famużi mat-turisti Maltin hija propju Londra, il-Belt Kapitali Ingliża…u bir-raġun! Meta wieħed imur Londra, jekk jgħalaq xi ftit għajnejh għat-temp li ħafna drabi ma jkunx mill-aqwa, jista’ jgawdi minn diversi attivitajiet u attrazzjonijiet uniċi għal din il-belt. Iżda x’inhuma wħud mill-isbaħ postijiet li għandek iżżur, jew attivitajiet li għandek tagħmel meta tkun f’Londra?

 

  1. Żur l-istudjo tad-ditta Warner Brothers fejn tidħol fid-dinja tal-maġija tal-films ta’ Harry Potter!
  2. Ara l-belt mill-ogħli permezz ta’ dawra fuq il-famuża London Eye.
  3. Għamel tour bix-xarabank tal-Hop-on Hop-off li jieħdok fil-punti l-aktar interessanti ta’ Londra.
  4. Żur it-torri ta’ Londra, wieħed mill-binjiet l-aktar famużi madwar id-dinja kollha. Tgħallem dwar id-900 sena tal-istorja tiegħu fejn serva bħala palazz, ħabs u anke zoo!
  5. Ipprova ttanta xortik biex tara lir-Re Charles jew lill-Prinċep William u l-Prinċipess Kate iduru fil-ġonna ta’ Buckingham Palace.
  6. Żur il-mużew magħruf għall-mijiet ta’ statwi realistiċi ta’ persuni famużi li jġib l-isem ta’ Madame Tussauds.
  7. Żur il-Katidral Anglikan magħruf bħala Westminster Abbey li ospita fih il-koronazzjonijiet differenti tal-familja rjali Ingliża, kif ukoll iż-żwieġ tagħhom. Hawn issib ukoll midfunin il-membri rjali li mietu matul is-snin, kif ukoll lil William Shakespear u Jane Austin.
  8. Jekk għandek il-kuraġġ, żur il-London Dungeon u tgħallem dwar il-passat oskur tal-belt permezz ta’ atturi, attrazzjonijiet u effetti speċjali.
  9. Agħti titwila l-Big Ben, it-torri bl-arloġġ famuż li jagħmel parti mill-parlament Ingliż. Dan it-torri huwa partikolarment spettakolari meta jkun mixgħul bil-lejl.
  10. Mur mawra sal-West End u għażel wieħed mix-xows mużikali li jkun hemm għaddejjin fl-istaġun li fih tmur sa Londra.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com