“Ix-xita li kellna f’dal-jiem mhux tajba għall-bidwi”
“Ix-xita tal-llum ma tantx tiswa għall-bidwi” spjega persuna ntiża sew fil-qasam tal-biedja.
Qal li dan għaliex minbarra l-mard tal-fungi u moffof, jiżdied ħafna riskju fuq siġar bħaż-żebbuġ li huma bil-fjuri bħalissa fejn l-ilma tax-xita jtellef fid-dakra.
Fisser ukoll kif jekk wara din il-ħalba jerġa’ jisħon it-temp f’daqqa, id-dubbiena tal-frott ħa tirvilla ħafna iktar milli ħasbu. Dan għaliex ma kellniex xitwa kiesħa u allura l-mard ma mietx bil-kesħa. Ħafna mard jitkattar bis-sħana u l-umdità għolja. “Diġà rajna ħsara tad-dubbiena fuq in-naspli, li qabel rari kien jintmess.”
Ħaġa oħra ta’ telf kbira hija li it-temperatura terġa’ tinżel xi ftit, li din kapaċi tfixkel u tgerfex l-arloġġ tas-siġar u l-pjanti, kompla jispjega.
“Veru li ix-xita tiswa ħafna wara sentejn kiefra, imma bħalissa ma tantx tkun ta ġid għall-bidwi.”
Interessanti ferm din l-informazzjoni.