“Jagħmlulek il-ħsara fil-karozza u jibqgħu sejrin”…sar vizzju ikrah?

 “Jagħmlulek il-ħsara fil-karozza u jibqgħu sejrin”…sar vizzju ikrah?

Saret xi ħaġa ta’ kuljum li tisma’ lil xi ħadd jgħid, kelli l-karozza pparkjata sew, u xi ħadd laqathieli u baqa’ sejjer. Sfortunatament hawn ħafna persuni li mhux kapaċi jammettu żball u jħallsu għalih. Jolqtulek il-karozza, u minflok jgħidu li t-tort huwa tagħhom u jippruvaw isibu rimedju, jiddeċiedu li s-soluzzjoni hija li jitilqu minn fuq il-post u jħallu lilek bid-dannu.

X’għandek tagħmel jekk xi ħadd jolqotlok il-karozza pparkjata u jibqa’ sejjer?

  1. Ħu kemm tista’ ritratti tal-karozza, fejn hi pparkjata, minn kull angolu, x’hemm madwarha eċċ.
  2. Ara jekk hemmx kameras tas-CCTV ta’ xi djar jew tat-toroq li setgħu ġibdu filmat tal-inċident.
  3. Għamel rapport fl-għassa tal-pulizija tar-raħal fejn sar l-inċident u spjegalhom dak li ġara. Għidilhom fejn kont eżatt, il-ħin li fih sar l-inċident (bejn wieħed u ieħor) u indikalhom jekk rajtx cameras tas-CCTV fiż-żona.
  4. Tkellem mal-assikurazzjoni tiegħek u infurmaha bl-inċident.

Intant, jekk tixtieq iżżid il-livell tas-sigurtà fil-karozza tiegħek, arma wkoll b’kameras installati fuq quddiem u wara tal-karozza, sabiex jgħinuk tieħu filmati f’każ li jseħħ inċident, anke meta l-karozza tkun ipparkjata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com