Jekk tara karta fl-art tiġborha?

 Jekk tara karta fl-art tiġborha?

Kampanji jsiru spiss favur ambjent aħjar u anke b’referenza li barra huwa darna wkoll. Imma mhux kulħadd jobdieha.

Ftit ilu konna ktibna artiklu dwar kif fl-imghoddi, kienet norma li jekk tkun f’karozza u lestejt minn pakkett, tiftaħ it-tieqa u tarmieh barra. Illum, din titqies bħala dgħawa kbira. U hekk għandu jkun.

Iżda, xorta waħda għadek issib min jarmi barra. Donnha l-kuxjenza ma tmissux.

Issib imbagħad dawk li huma altruwisti, u waqt li jlissnu kelma ta’ stmerrija kontra min iħammeġ, tarahom bl-aqwa ġist, jinżlu u jiġbruha.

Hemm ukoll mumenti fejn jekk tiġbed l-attenzjoni lil xi ħadd, bil-kemm ma jibgħatekx issaqqi l-ħass.

Inti x’tagħmel jekk tara karta fl-art? Tgerger u tibqa’ għaddej? Jew tiġborha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com