Kif tinduna b’puplesija?
X’inhi l-puplesija? Puplesija, xi drabi hija wkoll msejħa attakk fil-moħħ, li jseħħ meta xi ħaġa timblokka l-provvista tad-demm għall-parti mill-moħħ jew meta jinfaqgħu vini tad-demm fil-moħħ. Fi kwalunkwe każ, partijiet mill-moħħ issirilhom ħsara jew imutu. Puplesija tista’ tikkawża ħsara dejjiema fil-moħħ, diżabilità fit-tul, jew saħansitra mewt.
Hekk kif ir-riskju li persuni jkollhom puplesija jirdoppja ma’ kull diċenju li jgħaddi wara li jagħlqu 55 sena, tibqa’ l-ħtieġa li tinħoloq iżjed kuxjenza dwar il-prevenzjoni tal-puplesija. Dan, fost oħrajn permezz ta’ screenings apposta sabiex jiġu identifikati fatturi li jistgħu jwasslu għal puplesija.
X’inhuma s-sinjali ta’ puplesija?
Il-maġġor parti tas-sinjali jirriżultaw fi tnemnim jew dgħjufija f’daqqa fil-wiċċ, driegħ, jew riġel, speċjalment fuq naħa waħda tal-ġisem. Konfużjoni f’daqqa, problemi biex titkellem, jew diffikultà biex tifhem id-diskors. Jista’ jkun hemm ukoll problema f’daqqa biex tara minn għajn waħda jew anke fiż-żewġ għajnejn.