Xi tifisser tkun perfezzjonist? Mhux kif taħsbu intom!!!
Il-perfezzjoniżmu. “Jien perfezzjonist”, spiss nisimgħu. Imma perfezzjonist mhux bilfors ifisser li tagħmel kollox eżatt!
Għalkemm huwa stat marbut ħafna ma’ aspettativa għolja minnek innifsek, juri u jispjega iżjed minn hekk.
Eżempju kbir u klassiku huwa dan:
Ġejjin in-nies id-dar għandek. Ġeneralment, il-mistednin jew joqogħdu fil-kċina mdawrin mal-mejda jew fuq is-sufan fejn għandek post komdu u int tipprepara l-ikel. Ta’ perfezzjonist li int, int trid taqla’ kull m’hemm qabel, saħansitra l-kamra tas-sodda u l-kamra ta’ wara … li ħadd mhu se jidħol fiha.
Imma l-moħħ iġġiegħelek taħseb li aħjar tkun nadif u kullimkien lest f’każ li jidħlu hawn.
Din tintrabat ħafna ma’ dak li jgħidulu ‘over thinking’ – jiġifieri li taħseb iżżejjed fuq xenarji li kapaċi qas biss isiru.
Ovvjament dawn jiġru f’mumenti oħra, bħal per eżempju, se tiggradwa u trid il-karozza nadifa anke jekk ma tkunx se tużaha. Imma issa tħoss li mxejt pass, mela aħsilha. Dan huwa eżempju ieħor ta’ perfezzjoniżma.
Ma hemm xejn ħażin fuq dan l-istat, biss attenti li ma tiffissawx. Tispiċċa tgħajja lilek innifsek għalxejn!