Is-saħħa u dak kollu li għandu x’jaqsam ma saħħitna

 Is-saħħa u dak kollu li għandu x’jaqsam ma saħħitna

X’ nifhmu bil-kelma saħħa? Is-saħħa kollox hux!

L-ewwwl ħsieb li jiġi f’moħħok huwa l-ikel u l-kwalita’ ta’ ħajja li ngħixu.

X’ikel għandna nieklu? Il- ġisem għandu bżonn minerali, nutrijenti u vitamini għalhekk tajjeb li nżommu dieta bilanċjata. Importanti li wieħed jiekol

– platt varjat u bbilanċjat

-porzjonijiet żgħar

– żid aktar fibra

– naqqas ix-xaħam u z-zokkor

– kul ftit u spiss.

Eżerċizzju fiżiku: Punt ieħor importanti huwa li għal saħħa aħjar, il-ġisem għandu bżonn ftit eżercizzju kuljum. M’ hemmx għalfejn tkun xi atleta profesjonali. Sempliċiment nofs siegħa eżerċizzju kuljum jew xi siegħa mixja kuljum huwa ta’ benefiċċju kbir għas-saħħa u jgħinek tħossok tajjeb.

Ambjent: Jagħmel ġid għas-saħħa ukoll jekk inqattgħu ftit ħin ta’ rilassament fil-kampanja fejn insibu arja pura u aktar nadifa b’inqas tossiċi. B’hekk il-moħħ ikollu ċans jirilassa aktar.

Xi mard minħabba nuqqas ta’saħħa tajba, fost ħafna nsibu:

– mard tal-qalb

– xaħam id-demm

– piż żejjed

-ġilda mhux b’saħħitha

– diabete

– snien imħassra

– anemija

– saħħa mental

Parir siewi: Tajjeb li wieħed jiħu ħsieb is-saħħa tiegħu minn ċkunitu, għaliex dak kollu li nieklu u nagħmlu jirrifletti kollu meta nkunu akbar fl-eta’. Ikel bilanċjati li jagħtik is-saħħa u mingħajr kaloriji żejda.

Kont Taf? : Biċċa ċikkulata skura u tazza żgħira nbid ħamra kuljum tagħmel ġid lill-gisem tagħna. Mela ibda min issa għax qatt m’hu tard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com