Raġel Ta’ 37 Sena Jittajjar Minn Mutur fil-Gżira

 Raġel Ta’ 37 Sena Jittajjar Minn Mutur fil-Gżira

Raġel ta’ 37 sena mill-Belarussja u li joqgħod l-Imsida indarab gravi wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija meta l-pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Kymco Agility, misjuq minn Serb ta’ 28 sena u residenti
Birkirkara.

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara, ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Ir-raġel ta’ 28 sena ttieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com