Facebook Qal Li Ser Jibda Jiċċarġja Lill-Kumpaniji Għal Servizz Fuq Whatsapp
WhatsApp Business jippermetti lin-negozji żgħar u medji jiċċettjaw mal-klijenti, jipprovdu appoġġ u jbiegħu prodotti direttament.
Facebook qal li dalwaqt se joffri servizzi bħal hosting, biex jgħin lill-imsieħba jimmaniġġjaw il-messaġġi taċ-chat mal-klijenti, inventarju u aktar. WhatsApp Business għandu aktar minn 50 miljun user tan-negozju u li 175 miljun persuna madwar id-dinja jibagħtu messaġġ lil negozju kuljum.
Facebook qal li titlob in-negozji biex jibagħtu ċerti messaġġi lill-klijenti, bħal boarding passes jew irċevuti tal-prodott, iżda li l-ispejjeż ivarjaw fis-suq u l-kwantita ta messaġġi mibgħuta. Ma pprovdiex dettalji dwar liema servizzi addizzjonali qed tippjana li titlob, jew kemm se jiswew, sempliċement li qed tippjana li tbiddel kif titlob in-negozji.
Facebook xtara WhatsApp lura fl-2014 biex jisfrutta l-popolarita tal-pjattaforma tal-messaġġi u jinjetta dħul enormi għall-kumpanija.
Ritratt: Google