Bonġu Minn Malta Mibnija!!!
Jekk qabel konna nisbħu naraw in-natura, illum fl-2021 x’qed naraw quddiemna? Donnu l-bini ħa daqs pandemija… meta tazzarda tikteb dwar hekk iweġbuk: “Kieku int għandek biċċa art ma tibnihiex biex taqla’ lira?” U ma tlum lil ħadd…
Hija sitwazzjoni fejn iddur dawra tond u tibki f’qalbek li Malta se tkun belt waħda fil-viċin…
Almenu m’aħnhiex kapaċi nagħmlu pjan u ngħidu bini s’hawn? Jew inkella bi stil flok tara moqżiżità ta’ taħlit; bini antik sabiħ imbagħad tara binja moderna sabiħa wkoll, għaliex le, imma mhux bla pjan mwaħħda mal-madwar bla estetika ta’ xejn?!
Intom x’taħsbu?!
Ritratt: Times of Malta