Erba’ Snin Ħabs Talli Ta Bis-Saħħa F’Wiċċ Tarbija – Bintu Stess
Illum ill-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ erba’ snin ħabs għal raġel ta’ 30 sena li kien akkużat b’ akkużi ta’ vjolenza fuq bintu meta kienet għadha tarbija. Kellu wkoll akkużi ta’ voljenza fuq is-sieħba tiegħu.
It-tarbija, dakinhar tal-każ kellha biss 7 xhur. Il-qorti ċaħdet l-appell tiegħu biex titnaqqaslu s-sentenza tiegħu.
It-tobba ċċertifikaw il-vjolenza fuq it-tarbija fejn intqal li kellha sieqa miksura u diversi tbenġil, apparti marki oħra f’partijiet differenti tal-ġisem.
Il-każ kien ġara f’Ġunju tal-2017. Dan il-każ kien deskritt mill-qort bħala ‘barbaru u tat-tkexkix’. Intqal li meta s-sieħba tiegħu bdiet iċċempel għall-għajnuna, ir-raġel infexx fit-tarbija.
Ritratt: Better (Ir-ritratt qed jintuża biex jispjega u ma huwa bl-ebda mod relatat mal-każ u ma jurix it-tarbija involuta)