Il-PN Vittma Ta’ Attakk Fuq Is-Sistema Tal-Informatika

 Il-PN Vittma Ta’ Attakk Fuq Is-Sistema Tal-Informatika

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija avża li f’dawn l-aħħar sigħat safa’ vittma ta’ attakk fuq is-sistemi tal-informazjoni teknoloġika tiegħu. Ġie spjegat li jista’ jkun li xi informazzjoni ġiet aċċessata mingħajr l-awtorizzazzjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjoanlista, Francis Zammit Dimech qal li l-Partit ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex jimminimizza l-effetti ta’ dan l-attakk, u informa kemm lill-Kummissarju tad-Data kif ukoll lill-Pulizija Eżekuttiva sabiex jibdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com