Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Birkirkara

 Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku F’Birkirkara

Ċiniż, ta’ 27 sena residenti Marsaskala, għal xi s-1:00pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ l-Imsida, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Peugeot 306 misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Balzan.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com