Asterojde Mistennija Tgħaddi Viċin Id-Dinja Fis-Sigħat Li Ġejjin

 Asterojde Mistennija Tgħaddi Viċin Id-Dinja Fis-Sigħat Li Ġejjin

Asterojde d-daqs ta’ karozza tal-linja mistennija tgħaddi minn ħdejn id-dinja fis-sigħat li ġejjin.

Din l-asterojde, meqjusa bħala 2020 SW, se tkun qed tgħaddi 13,000 mil ‘l fuq minn fuq il-wiċċ tad-dinja proprju llum. Dan skond dak li qalet in-NASA.

Dan ifisser li se tgħaddi aktar viċin minn oġġetti li jkunu fl-orbitu tad-dinja, u s-satelliti differenti li hemm bħalissa fl-orbitu.

In-NASA spjegat kif saru jafu b’din l-asterojde fit-18 ta’ Settembru permezz ta’ proġett li kienu qed jaħdmu fuqu f’Arizoni, fejn wara osservazzjonijiet li saru setgħu jsiru jafu aktar dettalji dwar jekk hemmx ċans li din l-asteorjde hux se tolqot lid-dinja.

S’issa hu magħruf li dan il-fenomenu mistenni jseħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar ħin Ingliż.

Hi mistennija tidħol fis-sistema solari tad-dinja u mhux mistennija terġa’ tersaq lejn id-dinja sas-sena 2041.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com