Minn Nhar Il-Ħadd Tibda Tingħata T-Tilqima Tal-Influwenza
Minn nhar il-Ħadd 11 ta’ Ottubru se tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza mingħajr ebda ħlas.
Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn spjega kif fl-ewwel tlett ġimgħat se jkunu qed jiffokaw fuq persuni vulnerabbli kif ukoll tfal taħt il-ħames snin.
Mill-1 ta’ Novembru ‘l quddiem, din it-tilqima se tkun offruta lil kulħadd.
Mr. Fearne spjega kif kull belt u rħala se jkollu lok minn fejn tingħata t-tilqima li jkunu miftuħin f’dati regolari.