Ħamest Ijiem Oħra L-Milied – Hemm Bżonn Nitgħallmu Nikkalmaw Ftit Għal Saħħitna

 Ħamest Ijiem Oħra L-Milied – Hemm Bżonn Nitgħallmu Nikkalmaw Ftit Għal Saħħitna

X’ġiegħelna naħsbu f’dan it-titlu? L-istress li qed jinħoloq flok mument ta’ pjaċir. Il-ġiri sfrenat, ikel u xorb bl-addoċċ, appuntamenti kontra appuntamenti … flok il-veru ferħ, il-paċi, id-divertiment ġenwin u t-tbissim mal-ħbieb u l-familja.

Iżjed ma jmur, dan iż-żmien qed isir iżjed stressanti għal ħafna u din il-qoffa dejjem qed tiżdied b’iżjed nies fiha li jgħidu l-istess. Għalkemm saret clichè, dan qed ikun enfasizzat iżjed minn sena għall-oħra.

Huwa żmien li joħloq ferħ għalkemm mhux kulħadd iħossu l-istess f’dan il-perjodu. Huwa żmien ta’ nfieq, safar u rigali. M’aħnhiex negattivi imma rridu nitgħallmu nikkalmaw … immorru avveniment wieħed flok tlieta jew erbgħa fl-istess lejl, nonfqu b’dak li jaffordja l-but tagħna, noqogħdu attenti fi kliemna, nirrispettaw u ma nkunux reattivi iżjed u aktar.

Mhux qed ngħidu tgawdux, imma żommu l-kolp ħalli tesperjenzaw iżjed il-mument. Sempliċiment suġġeriment tagħna, għaliex aħna m’aħnhiex professjonisti fuq is-saħħa mentali. Madanakollu, dak li jiġri madwarna kulħadd iħossu le?!

Insemmu spiss is-saħħa mentali … ma taħsbux li dan kollu huwa parti mill-attenzjoni għal dan is-suġġett. Intom X’taħsbu dwar dan?! Ejjew ingawdu Milied sabiħ u ma nqabblux lilna nfusna ma’ oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com