Il-PN Jgħid Li Huwa Xprun Ta’ Soluzzjonijiet Għas-Sajjieda

 Il-PN Jgħid Li Huwa Xprun Ta’ Soluzzjonijiet Għas-Sajjieda

Il-Partit Nazzjonalista laqa’ l-istqarrija tal-Gvern dwar sorveljar tal-patrol boat fl-ibħra internazzjonali bi protezzjoni tal-kannizzati tas-sajjieda Għawdxin u Maltin u fakkar li kien grazzi għall-interventi mill-kelliema tiegħu li l-Kummissjoni Ewropea ressqet emendi biex jiġu protetti dawn il-kannizzati mis-sajd illegali ta’ bastimenti Tuneżini u li issa qed tikkunsidra sorveljar tal-ibħra permezz tal-Aġenzija Ewropea tas-Sajd.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-istqarrija tal-Gvern tagħti raġun lill-Partit Nazzjonalista li permezz tal-kandidat tiegħu Peter Agius ilu jisħaq minn Jannar tal-2019 fuq bżonn ta’ miżuri konkreti fi ħdan il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Mediterran għall-protezzjoni tal-kannizzati tal-lampuki tas-sajjieda Għawdxin u Maltin.

Żied jgħid li issa jeħtieġ jagħmlu pass ieħor konkret, li jinvolvu l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-sajd fis-sorveljar tal-ibħra tal-Mediterran biex jiġu protetti l-kannizati tal-Maltin u l-Għawdxin.

Qal li dan hu dak li pproponejt lill-Kummissajru Ewropew tas-Sajd Sinkevicius, li qabel miegħu u għaldaqstant ma nistgħux nittolleraw ġurnata oħra mitlufa fejn is-sajjied jara ħobżu misruq u l-apparat tiegħu jitħassar. “Nistennew reazzjoni aktar tempestiva mill-Gvern li ma jistax jibqa’ jkarkar saqajh u jiċċaqlaq biss kif iċċaqalqu l-oppożizzjoni”, qal Peter Agius.

Ritratt: Facebook/ Peter Agius

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com