Plejers mhux imwildin Malta jilagħbu għal pajjiżna, iva jew le?
Matul l-aħħar jiem speċjalment hekk kif ġiet magħżula l-iskwadra Maltija ta’ taħt is-19-il sena li qed tikkompeti fil-kampjonat Ewropew reġgħet qamet id-diskussjoni u polemika fuq plejers li ma humiex Maltin mit-twelid imma qed jirrappreżentawna.
Madwar id-dinja speċjalment fl-Ewropa każi bħal dawn hawn ħafna u jekk mhux ġust jew le din hija xi ħaġa li mhux se naqblu qatt. Li mhux ġust huwa li jkun hemm plejers li taw is-sehem tagħhom mal-iskwadra tul l-aħħar 3 snin imbagħad inqalgħu fl-aħħar ġimgħa għax posthom ittieħed minn barrani.
Din kienet opportunità ta’ darba fil-ħajja u kienet weġgħa kbira ħafna għal dawn il-plejers żgħażagħ Maltin.
U intom taqblu ma’ dan it-tip ta’ scouting u deċiżjonijiet?