Kont taf x’ġara mill-SS Ohio (Il-Konvoj ta’ Santa Marija?)
Kien bħal-lum 3 ta’ Ottubru meta t-tanker famuż Ohio għeb mill-istorja għal kollox. Dan wara li kien salva lil Malta fl-eqqel tat-tieni gwerra dinjija, il-bastiment kien ittieħed mill-post fejn kien sorġut f’Rikażli mill-vapuri tal-irmonk Salventure u Robust ‘l barra mill-Port il-Kbir fejn spiċċa mgħerraq f’qiegħ il-baħar wara li sparaw fuqu apposta.
L-eluf li kienu laqgħuh fil-gwerra, donnhom ħassew li kellhom jerġgħu jmorru fuq is-swar jagħtuh l-aħħar tislima.
Barra l-Port il-kbir, kien tela’ fuqu fost nies oħra, Commander Newman biex jitpoġġew l-isplussivi u ftit wara, splużjoni regħdet l-Ohio u dan spiċċa f’qiegħ il-baħar.
Kos hux. L-istorja ta’ pajjiżna sabiħa wisq.