Skont liema naħa torqod fis-sodda juri l-personalità tiegħek
Studju li sar minn Premier Inn ma’ 3,000 adult wera li dawk li jorqdu fuq in-naħa tax-xellug tas-sodda, iqumu iżjed kuntenti u armati biex jilqgħu l-isfidi tal-ħajja, l-istress u l-pressjoni li tofri l-ġurnata.
L-istudju wera li dawk li jorqdu fuq in-naħa tal-lemin, igergru iżjed u huma iżjed negattivi.
Forsi tgħidu; din kumbinazzjoni jew mhux veru jew x’għandu x’jaqsam fejn torqod …. dan l-istudju hekk wera.
Ir-riċerka wriet li dawk li jorqdu fil-leimn tas-sodda, huma iżjed loġiċi imma jħobbu janalizzaw kollox. Forsi wkoll iħobbu films ta’ azzjoni u anke jesperimentaw fil-mużika li jisimgħu.
Dawk tax-xellug, huma iżjed kalmi anke fi kriżi u huma iżjed kunfidenti.
Min jaf?! Għidulna ftit dwarkom.