Fl-aħħar nistgħu nifhmu jekk it-tiġieġa jew il-bajda ġietx l-ewwel

 Fl-aħħar nistgħu nifhmu jekk it-tiġieġa jew il-bajda ġietx l-ewwel

Stqarrija li hija ilha tissemma u tibqa’. Spiċċat ċajta u ġieli wkoll tintuża f’mumenti serji waqt argumenti.

Ġenerazzjoni ta’ nies akkademiċi tkellmu dwar din l-evoluzzjoni u jingħad li l-antenato tad-dinosawri, miljuni ta’ snin ilu provdew il-bajd ħafna snin qabel evolviet it-tiġieġa.

Imma proġett ta’ riċerka sab li qabel id-dinosawri, ma kien hemm l-ebda bidu ta’ bajd kif nafuh. L-iskola tax-Xjenza fl-Università ta’ Bristol studjat 51 fossila ta’ speċi kif ukoll 29 speċi oħra li huma ħajjin fid-dinja tagħna.

Il-Professur Michael Benton qal li l-ewwel tajr li jimxi, fil-bidu tiegħu kellu r-ritenzjoni tal-embrijun estiż u kienu jgħixu viċin l-ilma bħall-amfibji; żrinġijiet u oħrajn.

Dan juri, li dan l-istudju wassal biex tinħoloq il-fehma li l-bajd ġie maħluq bħala protezzjoni ħafna snin wara, meta dawn l-amfibji li nbidlu fl-annimali li qed insemmu u li jagħmlu l-bajd. B’hekk, tbiegħdu mill-ilma u saru annimali ta’ fuq l-art.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com