“Se tordna l-ikel? Tinsiex tagħmel din il-ħaġa!”
Jekk se tordna l-ikel minn fuq xi app partikolari waqt li qiegħed id-dar, hemm xi ħaġa li għandek tagħmel sabiex tkun qed tieħu ħsieb aktar l-ambjent…
Sheila Morovati, fil-ktieb tagħha “Imperfect Environmentalist: How to Reduce Waste and Create Change for a Better Planet” tgħid hekk:
“Meta tordna l-ikel minn barra, u qed tordnah mill-kumdita ta’ darek, m’għandekx bżonn sikkina u furketta tal-plastik. Diġà għandek dak kollu li għandek bżonn biex tiekol l-ikel li ordnajt fid-dar tiegħek.”
Hi tompli billi tgħid: “Probabilment għandek ukoll kondimenti bħal ketchup u soy sauce. Allura informa lir-restorant li m’għandekx bżonn li jibgħatulek dawn l-affarijiet. Speċjalment hekk kif ħafna drabi nispiċċaw narmuhom.”
Illum il-ġurnata, l-apps biex tordna l-ikel qed jaħsbu f’dawn l-affarijiet, tant li jagħtuk l-opzjoni li timmarka jekk tridx li r-restorant jibgħatlek dawn l-affarijiet jew le. Iżda jekk ma tarax din l-opzjoni disponibbli, tista’ anke tikteb fis-sezzjoni ddedikata għal xi messaġġ lir-restorant. Forsi fejn is-soltu tikteb biex inaqqsulek xi ingredjet speċifiku. Hemm tista’ tikteb ukoll sabiex ma jibgħatulekx affarijiet li m’għandekx bżonn.