Qed tippjana tieġ żgħir? Xorta waħda ideali tqabbad wedding planner!
Anke jekk qed tippjana tieġ żgħir, probabbilment xorta waħda jaf ikun ideali li tqabbad wedding coordinator sabiex tgħinek. Filwaqt li meta avveniment ikun ċkejken u intimu, jaf tħoss li m’għandekx bżonn għajnuna professjonali biex torganizzah, meta jkollok xi ħadd jgħinek se tnaqqas l-istress żejjed u tagħti lilek inniffsek l-ispazju biex verament tgawdi l-avveniment.
L-irwol prinċipali tal-wedding coordinators huwa li jassiguraw li kollox jaħdem kif suppost f’dan il-jum speċjali. Huma jgħinuk issegwi l-ħinijiet skond kif tkun ippjanata l-ġurnata u jaraw li kollox ikun lest għalik u għall-maħbub/a tiegħek f’ħinu u f’waqtu. Huma jservu bħala l-punt ta’ kuntatt għall-vendituri, u tifhem il-valur veru tagħhom propju meta tinqala’ xi ħaġa fl-aħħar minuta u minflok issolviha inti, jieħdu ħsieb li jsolvuha huma għalik. B’hekk, tkun tista’ tiffoka li tgawdi din il-ġurnata tant speċjali mingħajr ma tħabbel rasek fuq il-loġistika.
Tradizzjonalment, ir-responsabbiltajiet bħal dawk li tieħu ħsieb il-bar jew li l-armar isir kif suppost, jingħataw lil bestman jew xi ħbieb viċini. Madanakollu, meta dan l-irwol jitħalla f’idejn persuni professjonisti, dejjem skond it-tip ta’ servizz li tagħżel, tkun qed tippermetti li dawn il-persuni tant importanti għalik igawdu din il-ġurnata speċjali miegħek.
Kif qed taraw, anke meta għandek lista iqsar ta’ mistednin għat-tieġ tiegħek, li tqabbad wedding coordinator jista’ jagħtik aktar ħin, inaqqasslek l-istress u jassikura li l-ġurnata tiegħek timxi mingħajr problemi, filwaqt li jkollok biżżejjed ċans u opportunità li tgawdiha mingħajr tħassib.
Jekk tixtieq wedding coordinator li għandha il-kwalitajiet kollha msemmija hawn fuq, mela tkellem ma’ Pam minn Troopers – Wedding & Events sabiex tgħinek torganizza ġurnata tant speċjali li żgur ma tinsiha qatt.