Jappella Lir-Residenti Biex Iżommu T-Twieqi Magħluqin
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed javża lir-residenti ta’ Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien u Santa Luċija biex għalissa jżommu t-twieqi tar-residenzi tagħhom magħluqin sakemm jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu lill-istabbiliment tal-Wasteserv fil-Marsa.
Dan għall-fatt li d-dħaħen huma meqjusa tossiċi.
Ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nirien kif ukoll qed jevakwaw residenti minn djar qrib l-inħawi.
Il-pubbliku huwa mitlub biex jikkopera f’din il-ħidma.