Is-Serkin Sforzat Jagħlaq Minħabba R-Regoli L-Ġodda Tal-Covid-19

 Is-Serkin Sforzat Jagħlaq Minħabba R-Regoli L-Ġodda Tal-Covid-19

Il-ħanut popolari għall-pastizzi, is-Serkin tar-Rabat se jkollu jagħlaq il-bibien minħabba r-regoli l-ġodda tal-Covid-19.

Lovin Malta rrapurtat li s-Serkin fl-1981 kien reġistrat bħala Bar u għalhekk bil-miżuri l-ġodda li jibdew jiġu nfurzati minn għada, il-Bars iridu jagħlqu kollha.

Naturalment din kienet aħbar ħażina għal ħafna nies li jibdew il-ġurnata b’kikkra te’ jew kafe u żewġ pastizzi li issa, tal-inqas sal-1 ta’ Diċembru jridu jsibu post ieħor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com