It-‘Three Palaces Festival’ Se Jsir Xorta Waħda Din Is-Sena. Ara Kif
Din is-sena t-Three Palaces Festival ser jiġi mxandar online fuq il-YouTube Channel ta’ Festivals Malta. Dawn ser ikunu 10 t’ijiem ta’ spettaklu.
Din id-Deċiżoni ittieħdet minn Festivals Malta biex in-nies xorta jgawdu s-sbuħija u l-wirt kulturali tal-Palazzi u l-Knejjes ta’ Malta u binjiet storiċi oħra barra minn xtutna, li tant huwa sinonimi ma’ dan il-festival prestiġjuż, dan kollu mill-kumdità u s-sigurtà ta’ darhom.
Peress li dan il-festival huwa online, ser joħodna ukoll fil-Ingilterra, bi tlett prestazzjonijiet minn artisti internazzjonali.
Festival li se jkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Michelle Castelletti u li se joħodna f’dinja virtwali mżewqa b’mużika klassika, jazz u dik kontemporanja, iż-żfin, l-arkitettura u l-arti, u aktar.
Huwa mqassam fuq 10t’ijiem sħaħ, b’prestazzjoni kuljum fi-8:30 ta’ filgħaxija. Il-programm jinkludi:
6 ta’ Novembru – Transformations & Translations: installazzjoni tal-moda mid-diżinjatur bravu, Luke Azzopardi b’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u Heritage Malta
7 ta’ Novembru – ORA Singers – Re-Imaginings: mużika minn kor, rebbieħ ta’ diversi titli, mill-Ingilterra li se jeħodna fil-knisja ta’ San Pietru ġewwa Vauxhall, Londra.
8 ta’ Novembru – Joby Burgess – Powerplant: spettaklu ta’ mużika kontemporanja mill-perkussjonista ta’ fama internazzjonali, Joby Burgess, b’kollaborazzjoni mal-Oxford Festival of the Arts u The North Wall Arts Centre.
9 ta’ Novembru – The L’Isle Adam Choir Books: Theresa Zammit Lupi titkellem dwatr il-kollezzjoni mużikali u liturġika tal-manuskritti ta’ L’isle Adam, li tinsab ġewwa il-Kon-Katidrall tal-Belt. B’kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency u l-Kon-Katridral ta’ San Ġwann.
10 ta’ Novembru – Heiligenstadt – Another World Inside: produzzjoni ibbażata fuq l-aħħar Testment ta’ Beethoven, bil-isem ta’ Heiligenstadt. Serje’ ta’ ittri ta’ qsim il-qalb li jitrattaw dwar is-solitudni li beda jħoss dan il-kompożitur hu u jitlef is-sens tas-smieħ. B’kompożizzjoni ġdida minn Michelle Castelletti u koreografija ta’ Francesca Tranter, b’kollaborazzjoni tal-Valletta Cultural Agency.
11 ta’ Novembru – Chamber Music at the Palace: kunċert ta’ mużika klassika minn membri tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt il-patronċinju tal-president ta’ Malta.
12 ta’ Novembru – Out of the Cage: Ġabra ta’ 7 filmati li jgħaqqdu mużika kontemporanja ma narrattiva viżwali, bis-sehem tal-pjanista Tricia Dawn Williams u l-kompożitur Ruben Zahra, bil-kollaborazzjoni mal-Valletta Cultural Agency, il-Malta Society of Arts u l-Kunsill Malti għall-Arti.
13 ta’ Novembru – The Forgotten Fragments of a Symphony of Horror: produzzjoni speċjali għall-Friday the 13th, fejn Chris Dingli jagħtina stampa ta’ sinfonija mitlufa. Wara li l-film klassiku ta’ F W Murnau ‘Nosferatu’, li intwera’ għall-ewwel darba f’Marzu tal-1922, l-armla ta’ Bram Stoker ordnat li dan l-istess film jiġi eradikat minħabba fini ta’ copyright. Miegħu ġiet meqruda l-mużika ta’ Hans Erdmann. Minkejja dan, dilettanti tal-film irnexxilhom jerġaw jagħqduh biċċa biċċa tul is-snin, b’eċċezzjoni tal-mużika, li ħafna ħasbu li ntilfet għal dejjem. Dan sakemm Kris Spiteri irnexxilu jsib xi biċċiet tal-mużika moħbija ġo kopja tad-9 Sinfonija ta’ Beethoven. F’dan il-festival se nkunu qed nippreżentaw xogħol ġdid b’dawn il-frammenti flimkien ma’ effetti speċjali tal-ħoss li ġew maħluqa mill-inġinier tal-ħoss Sergio Costa. Preparaw il-headphones u segwu din il-produzzjoni unika!
14 ta’ Novembru – Ludwig van Beethoven Coriolan Overture: l-programm klassiku jiġi fi tmiemu b’tifkira lil Ludwig van Beethoven fl-għeluq il-250 sena anniversaru tiegħu. B’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni tal-konduttur prinċipali, Sergey Smbatyan, il-Valletta Cultural Agency u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Festivals Malta jippreżentaw Coriolan Overture Op 62 – xoghol li ġie ppreżentat lill-Prinċep Franz Joseph von Lobkowitz, fl-1807.
15 ta’ Novembru – Giants of Jazz – Ronnie Scott’s All Stars: Line-up fenomenali minn uħud mill-aqwa artisti tal-Jazz mgħarufa bħala ‘The Ronne Scott’s All Stars’, li ser joħodna madwar id-dinja tal-mużika ta’ leġġendi tal-jazz, bħal Goodman, Ellington, Basie, Parker, Gillespie, Herbie Hancock u aktar.
Segwu: www.youtube.com/c/festivalsmalta. Tista’ ssegwi wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook tat-Three Palaces kif ukoll fuq il-Website tal-festival.