Xahrejn Wara Ż-Żwieġ, Il-Prinċipessa Diana Riedet Taqta’ L-Polz Bid-Dwejjaq…

 Xahrejn Wara Ż-Żwieġ, Il-Prinċipessa Diana Riedet Taqta’ L-Polz Bid-Dwejjaq…

… and they lived happily ever after (Imbagħad għexu kuntenti minn hemm ‘il quddiem). Forsi hekk nisimgħu u naraw fl-istejjer tal-fantasiji dwar il-prinċpijiet imma r-realtà fil-ħajja hija ħafna differenti.

Il-Prinċipessa f’intervista li tat mingħajr ma kienet taf il-familja Rjali iżda li ovvjament ħarġet fil-pubbliku, tenniet u esprimiet id-dwejjaq kbar li kellha dakinhar tat-tieġ tagħha tant li ddeskrivitha bħala ‘l-agħar ġurnata ta’ ħajjitha’.

Spjegat kemm ħassitha stressjata hi u sejra lejn iċ-ċerimonja matrimonjali u li missierha John Spencer kien żur ferħan iżjed minnha li anke beda jxejjer lin-nies mill-karozella.

Hi u tiela’ tul il-korsija tal-Katidral ta’ San Pawl, qalet li lemħet lil Camilla u ħasbet li forsi minn dakinhar ‘il quddiem, l-istorja li kien hemm bejnha u bejn il-Prinċep Karlu kienet se tispiċċa… imma għarralha bil-kbir.

L-ewwel ġlieda seħħet fuq il-yacht ta’ dak li kellu jkun il-qamar il-għasel tal-miżżewġin friski meta Diana nnutat par cufflinks bl-inizjali C: għal Camilla u Charles. kellhom batibakke jaħraq.

Meta niżlu lura, marru fil-kastell Balmoral fl-Iskozja fejn għamlu xahrejn sħaħ. Diana ttenni li xtaqet taqta’ l-polz, il-bulimja eskalat bil-kbir u riedet l-għajnuna b’mod immedjat. Kienet imdejqa għall-aħħar!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com