Bil-Filmat: Qatt Rajt Malta Mill-Ajru? Issa Ċ-Ċans!

 Bil-Filmat: Qatt Rajt Malta Mill-Ajru? Issa Ċ-Ċans!

Angelo Caruana qasam magħna din l-avventura, fejn permezz tal-kamera tiegħu qed jurina filmati esklussivi tal-Kosta ta’ Malta, Kemmuna u Għawdex.

F’għoli ta’ 1500 pied, il-filmati ituna stampa ċara ta’ kif jidhru ċertu postijiet mill-ajru bħal Ħad Dingli, il-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, iċ-Ċitadella, Kemmuna u l-Port il-Kbir fost oħrajn.

Dawn il-filmati inġibdu fil-bidu ta’ Frar, fejn it-temp kien wieħed bellezza u ideali għall-titjiriet bħal dawn, kif jindikaw dawn l-istess flmati.

Bla dubju jispikkaw l-għelieqi ħadrana li ngħiduha kif inhi ikomplu jsebbħu din il-gżira f’dawn il-jiem tas-sena.

Is-soltu Angelo jagħmel dawn l-avventuri bħala tim ma’ Pierre Farrugia u Vince Bonello Pukka, però minħabba raġunijiet ovvji dan ma setax isir peress li l-ajruplan tat-tip Tecnam P2002-JF jakkomda biss il-pilota u passiġġier wieħed.

‘Din kienet waħda mill-avventuri li ser nibqa’ niftakar għal għomri kollu, għax qatt ma rajt lil Malta kollha daqshekk mill-għoli, anke meta nsiefer peress li l-ajruplan tal-passiġieri hu wieħed limitat għal veduti bħal dawn’ jgħidilna Angelo.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com