“Gvern Li Għażel Li Ma Jikkonsultax Dwar Il-Pjan Ta’ Rkupru” – Il-PN

 “Gvern Li Għażel Li Ma Jikkonsultax Dwar Il-Pjan Ta’ Rkupru” – Il-PN

Fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ntqal li l-Gvern għandu mill-ġdid jikkonsulta ma’ dawk kollha involuti biex il-pajn ta’ rkupru mill-pandemija jkun verament jikkunsidra l-bżonnijiet tas-soċjeta Maltija.

Hekk tennew f’konferenza tal-aħbarijiet il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Fondi Ewropej u l-Għaqdiet Volontarji Kevin Cutajar u l-Kelliem għall-Ġustizzja, għar-Riforma Kostituzzjonali, d-Djalogu Soċjali u x-Xandir Nazzjonali Joe Ellis.

Min-naħa tiegħu Kevin Cutajar fakkar li dawn il-fondi ta’ rkupru ġew grazzi għall-viżjoni li kellu Gvern Nazzjonalista li daħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx mal-fatt li l-Gvern żamm kollox mistur u ma qalx ma’ min ikkonsulta dwar kif se jintefqu dawn il-fondi.

Id-deputat Kevin Cutajar qal li dan il-pjan għadu f’idejn il-Gvern fejn l-Oppożizzjoni ngħatat biss preżentazzjoni mingħajr ebda ħin adegwat għall-mistostjiet u diskussjoni. Huwa sostna li wieħed jistenna li dak li qed jipproponi l-Gvern ikun relatat mal-irkupru tal-pandemija iżda ta’ min wieħed jinnota li l-pandemija kważi ma tissemma xejn.

Min-naħa tiegħu d-deputat Nazzjonalista Joe Ellis reġa’ tenna li dan il-pjan ġie mfassal millGvern waħdu mingħajr ma għamel konstulazzjoni ma’ ħadd. Dan meta l-Kummissjoni Ewropea saħqet li għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati, bħalma sar f’pajjiżi oħra.

“Quddiem dan kollu, il-Gvern kellu d-dmir li joħrog bi pjanijiet iktar dettaljati u komprensivi fejn seta’ kien hemm konsensus nazzjonali sabiex dawn il-fondi Ewropej jintużaw bl-aħjar mod għall-ġid ta’ pajjiżna”, temmet tgħid l-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com