Tliet Programmi Mużikali Għas-Sajf Li Ġej

 Tliet Programmi Mużikali Għas-Sajf Li Ġej

Minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Lulju ONE ser ixandar 3 programmi mużikali ta’ nofs siegħa il-wiehed.

Dak Kien Żmien!‘ Li ser ikun magħkom nhar ta’ Tnejn fit 20:30. Programm li fih, kantanti Maltin ser jirrakkuntaw episodji mil-karriera tagħhom, filwaqt li l-pubbliku se jkollu ċ-ċans jisma’ uħud mill-kanzunetti tagħhom kif ukoll ritratti mill-passat.

Fost il-mistiednin ser ikun hemm Renato, Mary Spiteri, Tony Camilleri, Joe George Micallef, Freddie Portelli, Joe Cutajar u Maryrose Mallia, Dan il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Marisa D’Amato u Renato Vella.

Il- programm ‘Melodija Taljana‘ li ser jixxandar nhar ta’ Erbgħa fit- 20:30 fejn ser jintwerew l-aqwa suċċessi mill-klassifiċi tas-snin sittin u sebgħin It-telespettaturi ser jipparteċipaw billi jgħażlu l-aktar kanzunetta favorita tagħhom kull programm fejn fl-aħħar tal-iskeda issir klassifika finali ta 12 il-kanzunetta u tintagħżel il-kanzunetta rebbieħa. Dan il-programm għandu preżentazzjoni ta’ Emanuel Cuschieri.

Din hija is-16 il-sena li l-programm ‘Country Jamboree‘ b’konsistenza qiegħed jixxandar fuq ONE. Programm ta’ mużika Country fejn jinterew video clips ta’ suċċessi Country ta’ kull żmien fuq produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Marisa D’Amato.

Awguri Marisa u t-tim.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com