Il-Baritonu Rinomat John Lundgren F’Malta

 Il-Baritonu Rinomat John Lundgren F’Malta

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ser tkun qed ittella’ lejla spettakolari mill-Baritonu rinomat John Lundgren. Fil-fatt ’ A Night for Music with John Lundgren, iżewweġ il-vuċi b’saħħitha ta’ John Lundgren u t-teknika mużikali tal-pjanista Klavs Lewinski. Dan ser ikun vjaġġ mużikali permezz tax-xogħlijiet tal-kompożituri kbar tal-epoki klassiċi u romantiċi fosthom Mozart, Wagner, Bizet u Rangströma, fl-atmosfera eleganti tal-Ballroom fil-Każin Malti nhar is-Sibt 4 ta’ Diċembru 2021.

Lundgren huwa baritonu Żvediż ta’ fama internazzjonali u magħruf ħafna għall-fatt li kapaċi jgħaqqad il-vuċi qawwija tiegħu ma’ sensittività raffinata għar-repertorju tal-opra drammatika.

Hu fil-fatt kanta f’diversi teatri tal-opra importanti ħafna bħal Londra, Munich, Berlin, Stockholm, Zürich, Geneva, Dresden, Hamburg, Leipzig, Amsterdam, Gothenburg, Oslo, Beijing u Tokyo kif ukoll il-Fesitvals ta’ Bregenz u Bayreuth.

Fost is-siltiet li se jkun qed jinterpreta Lundgren f’Malta se jkun hemm Votre toast minn Carmen ta’ George Bizet, Deh, vieni alla finestra minn Don Giovanni  u Was duftet doch der Flieder minn Die Meistersinger ta’ W.A. Mozart.

Jakkumpanja lil Lundgren se jkun hemm ukoll Klavs Lewinsky fuq il-pjanu. Apparti li huwa gradwat fil-mużika, Levinsky kien ukoll għal ħafna snin kowċ vokali u akkompanjatur fl-Akkademja Rjali Daniża. Huwa studja l-pjanu u l-akkompanjament fl-Akkademja Rjali Daniża tal-Mużika. Huwa għandu wkoll lawrja fil-mużika mill-Università ta’ Copenhagen. Klavs Lewinsky kien ukoll għal ħafna snin kowċ vokali u akkompanjatur fl-Akkademja Rjali Daniża.

Il-Biljetti li jistgħu jinxtraw minn www.visitmalta.com, huma limitati ħafna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com