Tnejn L-Isptar Bi Ġrieħi Serji Wara Li Vann Li Jġorr Il-Flus Ħabat F’Siġra

 Tnejn L-Isptar Bi Ġrieħi Serji Wara Li Vann Li Jġorr Il-Flus Ħabat F’Siġra

Żewġ uffiċjali tas-sigurtà sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-aċċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-11:00am, fi Telgħa tas-Saqqajja, l-Imdina.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Għaxaq, kien qiegħed isuq vann li jġorr il-flus u kellu mpatt ma’ siġra. Fil-vann Fiat Ducato kien hemm ukoll raġel ieħor ta’ 33 sena residenti iż-Żejtun.

Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Iktar tard it-tnejn ġew iċċertifikati li kellhom ġrieħi gravi.

Minħabba n-natura tal-każ fuq il-post isejjħu ammont kbira ta’ Pulizija biex iż-żona tkun sigura.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Talk.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com