Illum l-eks President Amerikan Donald Trump se jitressaq il-qorti

 Illum l-eks President Amerikan Donald Trump se jitressaq il-qorti

L-eks President Amerikan, Donald Trump, aktar tard illum mistenni li jitressaq il-qorti f’Manhattan New York, hekk kif se jkun qed jaffaċċja akkużi kriminali.

Huwa jinsab taħt investigazzjoni dwar flus li allegatament ħallas lill-porn star, Stormy Daniels, qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2016, biex ma titkellimx dwar relazzjoni sesswali li allegatament kien hemm bejniethom.

Trump qed jiċħad li għamel xi ħaġa ħażina, u huwa l-ewwel eks President Amerikan li qed jaffaċċja każ kriminali.

Kmieni filgħodu ntlemħu għadd ta’ uffiċjali tal-qorti u aġenti tas-Servizz Sigriet li se jkunu qed jeskortaw lil Trump għall-qorti.

Ladarba jitteħdu l-marki tas-swaba tal-eks President Amerikan u jsir il-proċess mill-uffiċjali, jitpoġġa taħt arrest. L-akkużi se jinqraw fil-qorti u wara jirrispondi jekk hux ħati jew le għalihom.

 

Ritratt: James Devaney/GC Images

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com