It-Tfajla Li Kienet Passiġġiera Ma’ Ismael Grima Toħroġ Mill-ITU

 It-Tfajla Li Kienet Passiġġiera Ma’ Ismael Grima Toħroġ Mill-ITU

Ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) Shazel Vella, it-tfajla ta’ 19-il sena li kienet fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ fl-20 ta’ Novembru li għadda fejn ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Ismael Grima ta’ 21 sena, magħruf bħala ‘Iz Zy’, li miet fuq il-post.

Shazel Vella, li kienet riekba ma’ Ismael, kienet ilha dawn l-aħħar jiem tissielet għal ħajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Bosta ħbieb awguraw fejqan ta’ malajr fuq il-mezzi soċjali tagħha u sabiex Shazel tkompli tirkupra u tfieq hekk kif issa ħarġet mill-ITU wara li dawn l-aħħar sigħat qalbet għall-aħjar.

Ara wkoll:

Żagħżugħ Ta’ 21 Sena Jmut F’Aċċident Tat-Traffiku U Tfajla Ta’ 19-il Sena Qed Tissielet Għal Ħajjitha

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com